Mantas Makutunovicius u Shakira Bugeja rebħu l-aqwa plejer tal-kampjonat tal-beach soccer fil-kategorija rispettiva tagħhom.
Makutunovicius, li hu plejer internazzjonali Litwan tal-beach soccer, għen lil Sliema jirbħu l-kampjonat tal-irġiel fejn minbarra li skorja doppjetta fil-finali li saret it-Tnejn li għadda, kien konsistenti tul il-kompetizzjoni kollha.
L-unur tal-aqwa goalkeeper tal-irġiel mar għand Jonathan Grech ta’ La Playa de Arena filwaqt li l-aqwa skorers ta’ dan it-turnew kienu Ayoub Ahmad ta’ WA Agency u Mario Dominicus ta’ Costa Viola li skorjaw 24 gowl kull wieħed.
Fil-kampjonat femminili, Shakira Bugeja ta’ Birkirkara Beach Soccer ġiet ivvutat bħala l-aqwa plejer tat-turnew għat-tieni sena konsekuttiva. Il-plejer ta’ 24 sena għenet lit-tim tagħha biex jikseb is-suċċess mixtieq wara li għelbu lil Sliema 8-7 wara l-għoti tal-penalties.
L-aqwa goalkeeper femminili kienet Rachelle Lynn Borg ta’ Birkirkara filwaqt li l-aqwa skorer kienet l-attakkanta Brażiljana Vanessa Honorio Carneiro ta’ Sliema.
L-unuri tqassmu mill-president tal-Malta Beach Soccer Association Mauro Camilleri Darmanin u l-viċi-president tal-MFA Adrian Casha.
Mantas Makutunovicius u Shakira Bugeja l-aqwa plejers tal-Beach Soccer 2026