Thursday, July 2, 2026

San Ġiljan jikkonvinċu u jiksbu l-ewwel rebħa fil-Kampjonat

Aqra wkoll

EXILES ………………17

SAN ĠILJAN …..… 24

(4-8, 6-4, 2-4, 5-8)

Wara t-telfa mhux mistennija kontra Sirens is-Sibt li għadda, San Ġiljan MAA Daikin kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Exiles Welbee’s b’mod konvinċenti bl-iskor ta’ 24-17 anki jekk mhux bl-aħjar formazzjoni.

Dan għaliex kienu mingħajr il-goalkeeper Jake Tanti, Jake Bonavia, Ben Plumpton u Jeremy Abela li bdew jiskontaw sospensjoni ta’ xahar wara sentenza mill-Aquatic Integrity Unit b’rabta ma’ ksur fir-regoli tal-imħatri.

Għall-Ġiljaniżi għamel id-debutt il-player Kroat, Jarko Marinic-Kragic, li rreġistra hat-trick personali, bl-aqwa skorers għall-Ġiljaniżi jkunu l-captain Matthew Zammit, Nikolai Zammit u Jake Muscat li skorjaw erba’ goals kull wieħed.

Dan sabiex għal Exiles, spikka ferm Kostantin Averka li skorja xejn inqas minn seba’ goals.

Il-Ġiljaniżi rebħu l-ewwel, it-tielet u r-raba’ sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 8-4, 4-2 u 8-5, b’Exiles jirbħu t-tieni waħda bl-iskor waħda bl-iskor ta’ 6-4.

Exiles: A. Borg Cole, M. Naudi, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Paris Roding, F. Scardino (2), M. Fenech (1), K. Griscti, K. Averka (7), K. Tanti (3), K. Navarro, N. Bonavia, M. Brimmer, A. Cook (4), G. Schembri

San Ġiljan: Z. Camilleri, J. Muscat (4), J. Marinic-Kragic (3), N. Schiavone, R. Caruana (2), M. Zammit (4), R. Gauci, J. Busuttil, N. Grech, N. Zammit (4), D. Zammit (2), A. Fenech (1), A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja (4)

Referees: Ronnie Spiteri, Ante Bura

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport