Wednesday, April 24, 2024

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura ser jiċċelebra bil-kbir il-Karnival

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li ġej, 23 ta’ Frar 2020, il-Kunsill Lokali tal-Fgura ser jiċċelebra l-Karnival bi sfilati u spettaklu b’differenza fi Triq Ħompesch eżattament quddiem il-Bini tal-Kunsill Lokali bejn l-10.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

Għal din is-sena, il-Kunsill Lokali ser ikun qed jagħti dimensjoni ġdida, isbaħ u ikbar lil din l-attivita’ u għall-ewwel darba ser isir il-Ħadd filgħodu.

F’din l-attivita’, wieħed ser isib:

-Marċi karnivaleski mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura

-Spettaklu u żfin minn Banda Brażiljana

-Żfin u sfilati minn numru ta’ skejjel taż-żfin lokali u anke Taljana

-Maskaruni grotteski

-Ċajt u daħk flimkien mad-Dulli u Veronica

-Illużjoni u Maġija

-Logħob għat-tfal

-Bouncing Castle

-Opportunita’ fejn tista tieħu b’xejn ritratt tal-okkażjoni.

-Tiżjin u Mużika Brijuża

-Stands ta’ ikel u xorb

Għalhekk, il-Kunsill Lokali tal-Fgura qed iħeġġeġ lir-residenti tal-Fgura kif ukoll lill-pubbliku inġenerali sabiex nhar il-Ħadd li ġej jiġu fit-triq prinċipali tal-Fgura sabiex flimkien nieħdu pjaċir u nagħmlu din l-attivita’ suċċess.

Din hija attivita’ oħra mħejjija mis-Sotto Kumitat Ambjent, Kultura u Wirt Storiku fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Fgura 

Sport