Friday, December 13, 2024

Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa jiddikjara li ma jaqbilx li l-Imdina Grand Prix issir fil-konfini tagħhom

Aqra wkoll

Għat-tielet darba, il-Kunsilli Lokali tal-Imtarfa qed jiddikjara illi huwa ma jaqbilx li l-Imdina Gran Prix issir fil-konfini tagħhom, li għal din is-sena, din l-attività hija pjanata bejn il-Ġimgħa 11 u l-Ħadd 13 ta’ Ottubru 2024.

Dan qalu l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fi stqarrija fejn ġie spjegat li filwaqt li fil-prinċipju l-Kunsill m’għandu xejn kontra l-attività nnifisha u/jew l-organizzaturi, il-Kunsill jaqbel illi fid-dawl tal-inkonvenjent qawwi għar-residenti tal-Imtarfa li jirriżulta mill-konġestjoni kbira li tinħoloq waqt l-Imdina Gran Prix, din l-attività għandha ssir x’imkien ieħor.

Qalet li dan għaliex ir-residenti tal-lokalità tal-Imtarfa jisfgħu magħluqa f’darhom matul il-ġranet li fiha tinżamm din l-attività konsegwenza tal-ammont kbir ta’ vetturi li joħonqu din iż-żona u fid-dawl li ma ntleħaqx ftehim għat-talbiet li ressaq il-Kunsill Lokali sabiex jintlaħaq bilanċ.

Fortunatament bl-għajnuna ta’ Transport Malta din il-proposta tal-aħħar ġiet approvata f’dawn l-aħħar sigħat u infurmati li l-bypass min-naħa tal-Imtarfa se tkun qed tinfetaħ wara t-tlielaq.

Ekonomija

Sport