Friday, November 22, 2024

“Il-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu jappoġġja żoni pedonali”- Żminijietna

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Xellugija Żminijietna appellat lill-Kunsill Lokali tal-Mosta għal sitwazzjoni fejn kulħadd jkun rebbieħ fil-każ tal-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta għat-traffiku parzjalment. Żoni pedonali anke jekk għal żmien limitat għandhom jiġu promossi.

“Diversi studji juru li kull fejn għandek bliet li jagħtu importanza lil zoni pedonali u l-użu tar-roti raw żieda fin-numru ta’ nies li jżuru ż-żona”.

“Il-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu jappoġġja inizjattivi bħal dawn. Il-Kunsill għandu jikkunsidra wkoll li jinvesti f’teknoloġija AI li tgħaqqad l-istess rotot pedonali biex jiġi promoss il-mixi u biex il-pubbliku jkun nfurmat dwar l-aħjar rotot għall-mixi”.

“Fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-komunità, sistema ta’ rotot pedonali sikuri u ppjanati se tħalli impatt pożittiv fuq l-għajxien tar-residenti, speċjalment it-tfal, u l-anzjani”, saħqet Żminijietna – Leħen ix-Xellug.

Żminijietna temmet billi appellat “għaqdiet soċjali, ambjentali u kulturali biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jirtira lura milli jieħdu deċiżjoni bħal din”.

Sport