Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita l-programm ta’ skambju internazzjonali Re:Create Europe li esplora l-politika kulturali permezz tal-ekosistemakulturali ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-Kunsill Malti għall-Arti dan l-aħħar ospita l-programm ta’ skambju internazzjonali Re:Create
Europe f’Malta, programm imqassam fuq ġimgħa sħiħa li esplora l-politika kulturali, il-prattika
artistika u r-reżiljenza permezz ta’ interazzjoni diretta mal-ekosistema kulturali ta’ Malta.

Il-programm ittella’ bejn is-6 u t-12 ta’ Ottubru bit-tema “Malta, il-Mediterran u lil hinn”, u
inkluda workshops, laqgħat, żjarat fi studios u fl-istituzzjonijiet, u sessjonijiet ma’ artisti u
prattikanti kulturali madwar Malta u Għawdex.

Il-programm ta’ skambju internazzjonali kien parti minn Re:Create Europe, proġett ta’ 4 snin
ta’ Ewropa Kreattiva li qed ilaqqa’ għaxar organizzazzjonijiet imsieħba minn madwar lEwropa biex flimkien jeżaminaw il-libertà artistika, l-awtonomija kulturali u l-kundizzjonijiet li jiffaċċjaw l-artisti u l-professjonisti kulturali f’ħidmiethom. Il-programm tal-2026 jiffoka fuq itTrasformazzjoni tal-Politiki Kulturali, u jeżamina kif is-setturi kulturali jwieġbu għar-realtajiet soċjali, politiċi u ekonomiċi li qed jinbidlu.

Dr Luke Dalli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, qal: “Re:Create Europe jikkonċerna b’mod dirett it-tip ta’ żvilupp kulturali li nixtiequ nappoġġjaw permezz tal-ħidma li għaddejja min-naħa tagħna fuq l-Istrateġija għall-2030. Il-politika kulturali ma tistax tiġi żviluppata waħedha; jeħtieġ li tibqa’ twieġeb għar-realtajiet li jiffaċċjaw l-artisti, ilprofessjonisti u l-organizzazzjonijiet kulturali, filwaqt li titgħallem ukoll mill-esperjenzi u lapproċċi f’kuntesti lil hinn minn tagħna. Dan il-programm internazzjonali joħloq spazju siewi għal dak l-iskambju, fejn nistgħu nirriflettu fuq l-ekosistema kulturali ta’ Malta filwaqt li nikkontribwixxu għall-konverżazzjoni usa’ fl-Ewropa dwar il-libertà artistika, ir-reżiljenza u lkundizzjonijiet meħtieġa biex is-settur kulturali jkun sod u sostenibbli.”

Daniel Azzopardi, id-Direttur tal-Istrateġija fil-Kunsill Malti għall-Arti, qal: “It-temi esplorati
f’Re:Create Europe huma allinjati mill-qrib mad-direzzjoni strateġika li qegħdin nieħdu
permezz tal-Istrateġija għall-2030, b’mod partikolari l-fatt li qegħdin niffokaw fuq il-prattiki
ġusti u l-iskambju internazzjonali. Fis-settur kulturali, biex inkunu ġusti ma rridux inqisu biss
il-prinċipji u l-kundizzjonijiet li nistabbilixxu lokalment, iżda wkoll noħolqu opportunitajiet
siewja biex il-professjonisti kulturali jkunu jistgħu jiffurmaw konnessjonijiet, jikkollaboraw u
jiżviluppaw bejn pajjiżi differenti. L-iskambju internazzjonali jista’ jwessa’ l-perspettivi,
isaħħaħ in-networks professjonali u jġib għarfien ġdid f’Malta, filwaqt li jippermetti wkoll lill- komunità kulturali tagħna taqsam l-esperjenza u l-għarfien espert tagħha ma’ ħaddieħor.
Inizjattivi bħal dan il-programm ta’ skambju internazzjonali jgħinu jsarrfu dawn il-prijoritajiet
strateġiċi f’opportunitajiet prattiċi għad-djalogu, għat-tagħlim u għall-kollaborazzjoni.”

Il-programm tfassal biex jesponi lill-parteċipanti għal saffi differenti tal-isfond kulturali tal-pajjiż u għall-mistoqsijiet li qegħdin isawru l-prattika kulturali kontemporanja. F’Għawdex, ilparteċipanti kellhom workshop mal-artist Norbert Francis Attard. Is-sessjonijiet fiċ-Ċentru talFawwara u mal-Unfinished Foundation esploraw is-sostenibbiltà, l-edukazzjoni u approċċi alternattivi għall-prattika kulturali, filwaqt li l-laqgħat mal-Kunsill Malti għall-Arti ffokaw fuq listrateġija u l-iżviluppi li qegħdin isiru fis-settur kulturali bil-ħsieb li jadatta ruħu għall-futur.

Il-programm qies ukoll ir-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi, inizjattivi privati u l-prattika
indipendenti. Saru żjarat, fost oħrajn, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-MUŻA u l-MICAS,
flimkien ma’ laqgħat fi spazji kulturali indipendenti u ma’ prattikanti. Il-patrimonju, l-arkivji u lmemorja kollettiva ġew esplorati permezz ta’ żjarat, fost oħrajn f’Ħaġar Qim, l-Imnajdra u lArkivji Nazzjonali r-Rabat u l-Imdina.

Fergħa oħra kienet tikkonċerna l-migrazzjoni u r-relazzjoni bejn l-esperjenza lokali u rrealtajiet globali usa’. Din inkludiet żjara u workshop f’Bur Mgħeż ma’ Dr Omar N’Shea. Dr Nikki Petroni, il-Kap tal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti, qalet li l-programm kien jirrifletti l-valur tal-iskambju internazzjonali bħala proċess fejn wieħed kemm jagħti kif ukoll jirċievi.

“Ħafna drabi meta nitkellmu dwar l-internazzjonalizzazzjoni, nitkellmu fuq il-ħolqien talopportunitajiet għall-artisti u l-professjonisti kulturali Maltin biex jaħdmu barra minn Malta, u din għadha parti importanti mill-ħidma tagħna. Però l-iskambju jfisser ukoll li noħolqu spazju hawn Malta fejn jistgħu jiltaqgħu ideat, esperjenzi u perspettivi differenti. Il-programm Re:Create Europe jagħtina l-opportunità li nikkontribwixxu bil-kuntest tagħna stess fiddiskussjoni usa’ fl-Ewropa, filwaqt li niftħu s-settur kulturali ta’ Malta għal konnessjonijiet u konverżazzjonijiet ġodda.”

Hija żiedet tgħid li l-iskala, il-ġeografija u l-pożizzjoni ta’ Malta fil-Mediterran offrew ambjent partikolarment interessanti fejn setgħu jiġu eżaminati kwistjonijiet marbuta mal-politika
kulturali. Il-programm ta’ skambju internazzjonali f’Malta kien wieħed minn erba’ residenzi ta’
Re:Create Europe li se jsiru fl-2026, flimkien ma’ programmi fir-Rumanija, fil-Ġermanja u filBulgarija. L-esperjenzi u l-perspettivi li se joħorġu mill-proġett usa’ se jikkontribwixxu għal skambju Ewropew kontinwu dwar ir-reżiljenza, il-libertà artistika u l-iżvilupp futur tal-politika kulturali.

Permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu f’Re:Create Europe, il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed
ikompli jsaħħaħ l-involviment ta’ Malta fin-networks kulturali Ewropej filwaqt li joħloq
opportunitajiet għall-iskambju tal-għarfien bejn il-prattikanti, l-istituzzjonijiet u l-professjonisti
kulturali fil-livelli lokali u internazzjonali.

Create Europe huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Għal aktar informazzjoni, żur https://artscouncil.mt

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport