Sunday, May 5, 2024

Il-laqgħat tal-S&D f’Malta esperjenza suċċess

Aqra wkoll

Intemmew b’suċċess erbat ijiem ta’ laqgħat f’pajjiżna mill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. Laqgħat li matulhom kienu diskussi diversi temi ta’ interess għall-popli Ewropej.

L-għażla tal-S&D li l-grupp ta’ MEPs jiltaqa’ Malta kienet waħda sinjifikattiva. Il-President tal-Grupp inniffisha, Iratxe García Pérez innotat ir-riformi pożittivi li qed imexxi l-Gvern Malti.

Minn sessjoni ta’ Q&A mal-Prim Ministru Robert Abela għal sessjoni maċ-ċittadini u ż-żgħażagħ dawn l-erbat ijiem raw djalogu miftuħ u diskussjonijiet interessanti bil-prinċipji komuni tal-ugwaljanza, il-ħarsien tal-ambjent, ix-xogħol u d-drittijiet għal kulħadd ikunu fost it-temi fuq l-aġenda.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba,  li kien qed jikkordina dan l-avveniment, esprima sodisfazzjon għall-fatt li dawn il-laqgħat seħħew f’pajjiżna: “Bħala membri tal-grupp dawn huma laqgħat importanti qabel sessjonijiet tal-Parlament Ewropew. Kienu laqgħat li ħallew il-frott fejn iddiskutejna l-politika tagħna għaż-żmien li ġej. Fuq kollox erġajna wrejna kemm il-Partit Laburista huwa membru importanti fil-grupp tal-S&D u fi żmien li ġej il-ħidma u l-kolaborazzjoni bejnietna se tkompli tiżdied.”

Sport