Saturday, March 29, 2025

Il-Maġistrat Gabriella Vella ħallietlill-Pulizija barra waqt xhieda li minnha nħarġu akkużi kontra Joseph Muscat

Aqra wkoll

Żewġ persuni barranin li fuq il-bażi ta’ dak li xehdu fl-inkjesta dwar l-isptarijiet kienu bbażati akkużi kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, taw ixxhieda tagħhom quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella u l-esperti barranin imqabbda mill-istess Maġistrat, iżda mhux fil-preżenza tal-Pulizija Maltija. 

Dan ħareġ minn xhieda tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà fil-Qorti f’kawża miftuħa mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat fejn qed isostni li ġew miksura d-drittijiet tiegħu. Fl-istess seduta xehed leks Spettur Anthony Scerri li bejn April 2021 u Ġunju 2022 kien assenjat fuq l-inkjesta dwar l-isptarijiet. Għall-mistoqsijiet tal-Avukat Vince Galea, Scerri qal li meta f’Novembru 2021 huwa informa lill-Magistrat Vella bit-talba tal-għaqda Repubblika biex tinfetaħ investigazzjoni filkonfront ta’ Joseph Muscat, l-istess Maġistrat weġbitu li hija kienet diġà taf b’din ittalba. 

L-eks Spettur qal illi l-Maġistrat talbitu biex b’rabta mat-talba ta’ Repubblika, jagħmel l-arranġamenti neċessarji bil-għan li żewġ ċittadini barranin – Kamal Sharma u Tyrone Greenshields – jinġiebu Malta bil-għan li jixhdu. Spjega li huwa għamel talba f’dan is-sens permezz tal-Interpol iżda żied li qatt ma rċieva tweġiba u min-naħa tiegħu ma jafx jekk ġewx jixhdu. Jirriżulta iżda li kif xehed il-Kummissarju Gafà dawn iż-żewġ persuni kienu fil-fatt gew Malta fil-bidu tal-2022 u taw ix-xhieda tagħhom. 

Mandakollu meta sar dan, il-Maġistrat Vella talbet li jkollha magħha biss lill-esperti barranin li bl-approvazzjoni tagħ­ha tħallsu €11-il miljun u ma nformatx lill-Pulizija Maltija. Wieħed minn dawn iżżewġ barranin, Kamal Sharma kien xehed quddiem ilMaġistrat Vella li skont huwa Joseph Muscat huwa allegatament involut għaliex kien sema’ lil persuna oħra tgħid li meta ma baqax Prim Ministru spiċċa bla karozza u bla dar u kellu bżonn l-għajnuna. 

Minkejja li huwa fatt magħruf li dan assolutament mhux minnu, l-esperti allegatament emmnu dak li qalilhom Sharma u nkludew dawn l-allegazzjonijiet bla bażi bħala provi fl-inkjesta. Fl-istess seduta l-eks Spettur Scerri xehed illi kienet il-Maġistrat Gabriella Vella li personalment ordnat li ssir issearch fid-dar tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat f’Jannar 2022. Ħareġ ukoll li meta kienu jsiru s-searches, it-titftix kien isir mill-esperti barrranin u l-Pulizija Maltija kienet tpoggi l-affarijiet li kienu jinġabru fil-boroż u tissiġillhom. 

Kien spjegat li qabel kull search kienet issir laqgħa qasira iżda fil-maġġor parti tad-drabi l-esperti barranin ma kinux jinformaw lillPulizija Maltija dwar x’kienu jkunu marru biex isibu waqt is-searches. L-esperti barranin kienu jinghataw direzzjoni mingħand il-Maġistrat Vella, spjega is-Sur Scerri. 

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal illi kull azzjoni minnaħa tal-Pulizija b’rabta malinkjesta tal-isptarijiet dejjem ittieħdet fuq struzzjonijiet u b’koordinazzjoni mal-Maġistrat Gabriella Vella. Qatt ma saret xi ħaġa jekk mhux bl-approvazzjoni tal-Magistrat Vella. Is-Sur Gafà xehed illi kien hemm drabi fejn ilKorp ingħata direzzjoni millMaġistrat iżda kien hemm drabi fejn il-Korp baqa’ bla tweġiba.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport