Il-Malta FA qed tevalwa b’mod attiv l-għażliet tagħha għall-futur tal-coaching staff tat-timijiet nazzjonali għaċ-ċiklu li jmiss. Dan jikkoinċidi ma’ diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni ta’ strateġija ġdida ta’ Assoċjazzjoni li tinkludi proġetti tekniċi fil-qalba tagħha.
Wara t-tlestija tat-tieqa internazzjonali ta’ Novembru, issa ġie konkluż il-mandat interim ta’ kowċing ta’ Davide Mazzotta u Ernesto Javier Chevanton mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-irġiel.
Maħtura fl-24 ta’ Settembru 2024, Mazzotta u Chevanton ħadu t-tmexxija tat-tim għall-aħħar żewġ twieqi internazzjonali tas-sena, inklużi żewġ partiti kompetittivi f’darhom fil-UEFA Nations League. Il-Malta FA tixtieq testendi l-gratitudni mill-qalb tagħha liż-żewġ kowċis għad-dedikazzjoni, il-professjonaliżmu, u l-atmosfera pożittiva li rawmu fost il-plejers, l-istaff tekniku, u l-partitarji matul iż-żmien qasir tagħhom mat-tim.
Peress li t-terminu interim tagħhom kien kuntrattwalment marbut li jiġi konkluż f’Novembru, il-Malta FA issa se tieħu ż-żmien meħtieġ sa Diċembru u Jannar biex tevalwa l-għażliet kollha għall-futur. Din il-valutazzjoni hija mmirata biex tistabbilixxi organigramma ġdida għall-istruttura teknika tagħha, li se titħabbar fis-sena l-ġdida.
Filwaqt li l-ħatriet futuri ta’ kowċing jibqgħu miftuħa għall-konsiderazzjoni, il-Malta FA tenfasizza li se ssir reviżjoni strateġika biex tkun żgurata l-aħjar triq ‘il quddiem inkluża l-possibbiltà li jinżamm staff tekniku diġà ingaġġat.
Il-Malta FA tevalwa l-futur tal-istaff tekniku tat-timijiet nazzjonali