Wednesday, July 24, 2024

Il-Malta Ranger Unit issalva qanfud li kien rieqed f’nofs ta’ triq

Aqra wkoll

Wħud mr-Ranger li kienu qegħdin jaħdmu billejl, sabu qanfud ċkejken li ma bediex jaġixxi normali. Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li l-qanfud kien jiżen madwar 108 gramma.

Intqal li r-Ranger ċemplet lill-Wildlife Rescue Team Malta u li ġie kkonfermat li l-qanfud kellu bżonn riabilitazzjoni qabel ma jinħeles. Huma xtaqu jirringrazzjaw lill-voluntiera tagħhom biex iċ-ċkejkna Button tkun tista’ tieħu saħħitha lura ‘u tgħix ħajja twila!

Fl-istess messaġġ, l-MRU fakkret li l-qanfud huma protetti bil-liġi u li wieħed ma jistax iżommom, sakemm ma jkunux mweġġa’ jew instabu f’post li mhuwiex daqshekk sigur.

Ekonomija

Sport