Ir-Rangers tal-Malta Ranger Unit se jkunu qegħdin jagħmlu ondi ta’ kuljum, kemm bil-lejl u kif ukoll matul il-ġurnata f’Wied ta’ Għajn Riħana sakemm jibda s-sajf.
Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li dan il-wied li jinsab bejn il-Mosta u l-Bidnija qrib il-Victoria Lines, normalment jidher mimli bl-ilma mix-xitwa sal-aħħar ta’ Lulju.
Huma kitbu kif dan il-wied huwa suxxettibbli għal reati bħar-rimi ta’ skart u kaċċa illegali ta’ speċi ta’ għasafar protetti.