Tuesday, December 24, 2024

Il-Maltempata Henk tħalli ħerba kbira fir-Renju Unit 

Aqra wkoll

Madwar 10,000 dar f’partijiet tal-Ingilterra bħalissa jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku. Dan wara li matul il-jum tat-Tlieta, il-maġġorparti tal-ibliet fl-Ingilterra u Wales esperjenzaw riħ qawwi u xita qawwija 

Midja lokali irraputat li l-aktar buffata ta’ riħ, kiienet dik irreġistrata fuq l-art, tammonta għal 81mph (130km/h) fl-inħawi tal-Ajruport ta’ Exeter f’Devon.

L-istess midja rrappurtat li mijiet ta’ residenti kellhom jitilqu b’ta’ fuqhom senduqhom, minħabba li l-livell tal-ilma fi xmara Nene kompla tiela.  

It-twissija tal-għargħar, maħruġa mill-gvern, wissiet li s-sitwazzjoni kienet ta’ periklu għall-ħajja, u li l-ilma jista’ jkun “fond u mgħaġġla”.

Skont il-korrispondent Phil Mackie, mijiet ta’ djar li jinsabu ħdejn ix-Xmara Severn bħalissa jinsabu mgħarrqa. Mackie qal ukoll li dn hija ir-raba’ darba li qed tiġri fl-istaġuntax-xitwa.

Minħabba l-istess għargħar, xi wħud mit-toroq ewlenin tal-Ingilterra jinsabu magħluqin.

Ekonomija

Sport