Friday, October 4, 2024

Il-Maltin fiż-żona tat-terremot telgħu għal 38

... Ħafna minnhom diġà ċċaqalqu lejn żona iktar sigura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi wara dak li seħħ ilbieraħ fil-Marokk komplew b’mod kontinwu. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej matul dawn l-aħħar sigħat kien f’kuntatt ma’ numru ta’ Maltin li kellhom bżonn l-assistenza. 

L-ammont ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija li kienu f’Marakesh jew fir-reġjun u li l-Ministeru huwa avżat dwarhom telgħu għal 38. Fortunatament ħadd minnhom ma rrapporta li sofra xi ġrieħi.

Filwaqt li ħafna minnhom diġà ċċaqalqu lejn parti iktar sigura fil-pajjiż, oħrajn mistennija jħallu r-reġjun bejn illum u l-Erbgħa. Huma qed jingħataw l-assistenza meħtieġa mill-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Marokk. 

Il-Ministeru f’kuntatt mal-awtoritajiet Marokkini esprima l-kondoljanzi tiegħu għat-telf ta’ daqstant ħajjiet filwaqt li offra li jipprovdi għajnuna umanitarja fir-reġjun affettwat.

Sport