Monday, May 13, 2024

“Nathan għamel it-tielet operazzjoni u qiegħed jirkupra bil-mod”

Organizzazzjoni Volontarja taqsam waħda mill-esperjenzi mal-pubbliku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni volontarja Smiling with Jerome Foundation qasmet waħda mill-esperjenzi ta’ persuni li jgħinu u qalet li kienet qiegħda tagħmel dan wara li ħafna staqsew b’kuriżità dwar it-tfal u l-familji li jgħinu.

Filwaqt li xerrdu ritratt ta’ tfajjel fuq sodda rikoverat fi sptar, l-organizzazzjoni qalet li rċeviet messaġġ mingħand ommu li kien jgħid hekk:

“It-tifel tagħna Nathan għandu erba’ snin u għadu kemm għamel it-tielet operazzjoni fl-Ingilterra u qiegħed jirkupra bil-mod. Grazzi Smiling With Jerome għad-donazzjoni li tajtuna biex innaqqsu l-piż tal-ispiża finanzjarja minħabba li se jkollna ngħixu hawn għal xi żmien. Qatt m’aħna se ninsew il-ġenerożità tagħkom”.

L-organizzazzjoni temmet tgħid li dawn ir-ringrazzjamenti saru xi ħaġa rari llum il-ġurnata, iżda meta jaslu dawn ikunu l-isforz meħtieġ biex ikomplu jaħdmu biex jgħinu kemm jista’ jkun aktar familji.

Sport