Monday, May 13, 2024

Il-mara li qatlet mara tqila biex tiħdilha lit-tarbija: Konferma s-sentenza tal-mewt b’injezzjoni letali fit-12 ta’ Jannar

Aqra wkoll

Minkejja l-appelli mill-familjari ta’ Lisa Montgomery, Qorti tal-Appell fl-Istati Uniti iddeċidiet li Lisa Montgomery għandha tingaħta injezzjoni letali għall-qtil li wettqet fit-12 t’ Jannar.

Il-familja ta’ Lisa Montgomery kienu qegħdin jappellaw biex hi ma tingħatax il-piena kapitali permezz ta’ injezzjoni fuq qtil makabru ta’ mara tqila, li imbagħad fetħitha biex serqitilha t-tarbija.   Huma qed jargumentaw li ftit li xejn ingħata każ tad-diversi problemi ta’ saħħa mentali li Montgomery tbati minnhom.

“It-tama tiegħi hi dik li l-President Trump, iwaqqaf l-eżekuzzjoni u tingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs. Oħti ma jistħoqqilhiex li tmur. Hi mhux l-agħar fost l-agħar, biex tingħata l-piena kapitali. Hi fost dawk l-aktar li huma imkissrin”, kienet iddikjarat oħtha.

Wara sbatax-il sena li fihom ma ingħatatx il-piena kapitali, kien riċentament li ingħatat il-piena kapitali lil Brandon Bernard. Montgomery hi l-unika mara fuq il-lista tal-piena kapitali. Hi se tkun l-ewwel mara li tingħata l-piena kapitali sa mis-sena 1953.

Montgomery, issa hi mistennija li tingħata l-piena kapitali b’injezzjoni fit-12 ta’ Jannar. Montgomery fis-sena 2004 kienet qatlet lil Bobbie Jo Stinnett, mara tqila. Kienet qatlitha billi fgatha u wara fetħitilha żaqqha biex ħaditilha it-tarbija. It-tarbija għexet u nstabet wara li Montgomery kienet arrestata.

Sport