Il-mara nstabet bla ħajja fil-kamra tas-sodda fis-sular ta’ isfel

L-arma nstabet fil-kamra tas-sodda

Aqra wkoll

Iż-żewġ persuni huma midħla ta’ xulxin u bejnithom kien hemm żewġ rapporti wieħed fl-2016 fejn dakinhar il-persuna li ġie arrestat kien tressaq il-Qorti u kien weħel sena ħabs wara li nstab ħati ta’ vjolenza domestika.

Rapport ieħor kien sar fl-2017 dwar insulti, dakinhar l-istess persuna kien tressaq il-qorti iżda ma nstabx ħati.

L-arma li allegatament intużat fid-delitt instabet fil-kamra tas-sodda.

Kelliem għall-pulizija Brandon Pisani qal li kienu xi persuni li rraportaw lill-pulizija hekk kif semgħu tiri ta’ arma tan-nar.

Aktar kmieni: Raġel allegatament joqtol lis-sieħba tiegħu f’Ħaż-Żabbar

Madwar siegħa ilu, il-pulizija ġew informati li kien hemm bżonn l-assistena fi Triq Corrado f’Ħaż-Żabbar. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li allegatament raġel qatel lis-sieħba tiegħu.

Jidher li l-istess allegat aggressur ġie arrestat mill-pulizija…

Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li l-mara nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar filwaqt li s-sieħeb tagħha ta’ 42 sena ġie arrestat.

Aktar dettalji dalwaqt…

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport