It-tradizzjoni tal-Wirja Agrarja, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex ilha marbuta mal-festa ta’ Santa Marija għal 171 sena, wirja li taf il-bidu tagħha fl-1855 bħala l-ewwel wirja tal-biedja u s-snajja’.
Dak iż-żmien kienet bdiet tiġi organizzata fl-iskola primarja tal-Gvern, fi Triq il-Vajrinġa r-Rabat Għawdex. Wara waqfa qasira matul it-tieni gwerra dinjija fl-1943 din il-wirja reġgħet bdied tiġi oganizata fil-ġonna pubbliċi tal-Villa Rundle, in-naħa t’isfel ta’ triq it-Tiġrija, illum triq ir-Repubblika.

Dan l-avveniment importanti annwali jiġi organizzat mill-Ministeru għal Għawdex, wirja li jkun hemm esebiti għal pubbliku, mqassma f’diversi taqsimiet, annimali, ħxejjex, ċerejali, tjur, ħaxix, għasafar tal-għana u makkinarju tar-razzett fost oħrajn flimkiem ma’ prodotti oħra b’ħidmiet il-bdiewa u produtturi tal-prodotti agrikoli min raħħala u dilettanti min diversi rħula t’Għawdex.

Dan l-ispettaklu popolari fil-gzira ta’ Għawdex fejn iżuruha eluf ta’ nies, hija ukoll opportunità għall-familji tal-biedja lokali li jippreżentaw il-prodotti tagħhom.
Attività li tkun mistenni mhux biss mill-Għawdxin iżda ukoll min dawk li ikunu fostna għal btala kemm Maltin kif ukoll barranin.

