L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma kellu ebda diffikultà li joffri l-kollaborazzjoni kollha meħtieġa

Aqra wkoll

Dalgħodu, bħala parti mill-ġuri li għaddej, sar aċċess f’uffiċċju li kien jintuża seba’ snin ilu fil-Berġa ta’ Kastilja u li minn dakinhar kien okkupat minn erba’ kapijiet tas-segretarjat differenti.

Dan kien wieħed minn diversi postijiet li ssemmew f’xi stadju minn xhud jew ieħor fil-ġuri u li għalhekk fihom sar aċċess fuq ordni tal-Imħallef Edwina Grima, wara talba li saritilha.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed jikkomunika l-iżvilupp f’dan il-ħin, wara li l-Qorti kif ippresjeduta ordnat li ma jsir ebda rappurtaġġ qabel jitlestew l-aċċessi kollha fil-jumejn li għaddew.

Filwaqt li l-Gvern ta’ Malta huwa kompletament estraneju għall-fatti li qed jiġu dibattuti f’dan il-ġuri, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma kellu ebda diffikultà li joffri l-kollaborazzjoni kollha meħtieġa, inkluż fl-arranġamenti loġistiċi u ta’ sigurtà, u kull fejn intalbet l-assistenza tal-istess.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport