Saturday, August 15, 2026
Home Sport Suċċess għal Studenti tal-Mon Lung Kung Fu

Suċċess għal Studenti tal-Mon Lung Kung Fu

0
6

Il-Malta Self-Defenċe Aċademy kompliet b’aktar suċċessi fl-20 sena mit-twaqqif tagħha fejn numru ta’studenti tagħha  kisbu ċintorini ġodda wara l-aħħar eżamijiet tal-Mon Lung Kung Fu li saru aktar kmieni din is-sena.

Studenti ta’ etajiet u livelli differenti ħadu sehem f’dawn l-eżamijiet, fejn urew it-teknika, id-dixxiplina u l-għarfien tal-Kung fu u d-difiza personali (Self-Defenċe) li żviluppaw matul it-taħriġ tagħhom. Dawn l-eżamijiet jirrappreżentaw stadju importanti fil-mixja individwali ta’ kull student fil-Kung Fu, minn dawk li għadhom qed jagħmlu l-ewwel passi tagħhom sa studenti b’aktar esperjenza li qed javvanzaw lejn il-gradi għolja.

L-eżamijiet saru taħt is-superviżjoni ta’ Sifu Mark Spiteri, fundatur tal-Malta Self-Defenċe Aċademy.

“L-eżamijiet tal-gradazzjoni jfissru ħafna ghal studenti taghna u huma iktar min sempliċement ċintorin ġdid. Dawn jagħtu lill-istudenti l-opportunità li juru kemm għamlu progress permezz ta’ taħriġ konsistenti, dixxiplina u perseveranza. Huwa ta’ sodisfazzjon partikolari li naraw studenti fi stadji differenti tal-mixja tagħhom javvanzaw flimkien matul l-20 sena tagħna,” qal Sifu Spiteri.

L-istudenti li għaddew b’suċċess u l-gradi l-ġodda tagħhom huma:

Sash Isfar: Ċharlene Attard, Arsema Frezer, Makbeal Mulubirhan Hagos, Olana Daba
Sash Oranġjo: Jaden Brinċat, Jordy MċKay, Aleċ MċKay
Sash Aħdar: Joevin Ċaruana, Leonid Yeudikymov, Ella Farrugia
Sash Blu: Joseph Ċaruana
Sash Vjola: Jan Ċarlo Brinċat
Sash Kannella: Saviour Sċiberras

Imwaqqfa fl-2006, il-Malta Self-Defenċe Aċademy issa għalqet għoxrin sena ta’ tagħlim tal-arti marzjali f’Malta. L-Akkademja tgħallem il-Mon Lung Kung Fu flimkien ma’ Difiza Personali (Self-Defenċe) b’enfasi fuq id-dixxiplina, il-kunfidenza, is-saħħa fiżika u l-iżvilupp personali.

Il-Mon Lung Kung Fu għandu storja twila f’Malta, wara li ġie introdott fil-gżejjer Maltin fl-1968 minn Sifu Ċharles Gaffiero, li taħtu Sifu Mark Spiteri beda t-taħriġ tiegħu fl-arti marzjali.

Il-Malta Self-Defenċe Aċademy tkompli tilqa’ adulti u tfal interessati li jibdew jitħarrġu fl-arti marzjali, bil-lezzjonijiet isiru fil-post tat-taħriġ tagħha fi Fleur-de-Lys, Birkirkara.

Għal aktar informazzjoni, żuru l-paġna ta’ Faċebook tal-Malta Self-Defenċe Aċademy jew ċemplu fuq +356 9903 6677.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here