Matul il-ġurnata tal-bieraħ kollha, u dalgħodu sar l-aċċess f’diversi postijiet waqt il-ġuri ta’ Yorgen Fenech li jinsab mixli li kien il-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-Imħallef Edwina Grima, flimkien mal-ġurati, żaru diversi postijiet fosthom fejn seħħ il-qtil fil-Bidnija, ir-residenza ta’ Keith Schembri fil-Mellieħa u Portomaso.
Preżenti għal aċċess kien hemm ukoll Melvin Tehuma li hu x-xhud ewlieni tal-prosekuzzjoni, Vince Muscat il-Koħħu, Alfred u George Degiorio.
Issa għall-ħabta tat-3.00p.m. id-difiża mistennija li tkompli bil-kontra eżami tax-xhud ewlieni Melvin Tehuma.

