Wednesday, July 24, 2024

Il-Maratona ta’ Hospice Malta ‘L-Aħħar Pass’ Tiġbor €581,616

Aqra wkoll

Hospice Malta temmet b’suċċess it-telethon tagħha ta’ ġbir ta’ fondi bl-isem ‘L-Aħħar Pass’, fejn iċċelebrat mewġa ta’ appoġġ mill-komunità u ġabret €581,616.

Il-fondi miġbura waqt din it-telethon se jkunu strumentali biex jitlesta l-proġett St Michael Hospice li dalwaqt se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pazjenti u jindirizza l-bżonnijiet tal-komunità fil-ġimgħat li ġejjin.

Waqt it-telethon kien hemm firxa sabiħa ta’ attivitajiet, fejn fosthom intwerew partijiet kważi lesti ta’ St Michael Hospice. Dan il-proġett importanti se jipprovdi servizzi ta’ inpatient u servizzi mtejba ta’ terapija ta’ matul il-jum, li jsaħħaħ l-impenn tal-NGO għall-kura palljattiva.

Iċ-Chairperson ta’ Hospice Malta, Bernadette Bonnici Kind, qasmet il-ħsibijiet tagħha dwar is-suċċess tal-avveniment, u qalet, “Aħna ninsabu grati immens għall-ġenerożità murija minn kull min ta sehmu. Filwaqt li l-inawgurazzjoni ta’ St Michael Hospice timmarka tragward sinifikanti, il-missjoni tagħna tkompli. L-appoġġ kontinwu huwa kruċjali għalina biex inkunu nistgħu inkomplu nipprovdu kura palljattiva komprensiva lill-pazjenti u l-familji kollha fil-bżonn. Nistiednu lil dawk l-individwi u lill-komunità tan-negozju biex ikomplu jappoġġjawna permezz ta’ donazzjonijiet fuq il-websajt ta’ Hospice Malta.”

Hospice Malta tibqa’ ddedikata biex tipprovdi appoġġ lil pazjenti b’mard li jillimita l-ħajja, inkluż kanċer, ALS, mard respiratorju, kardijaku, renali u tal-fwied fi tmiem il-ħajja, kif ukoll Sklerożi Multipla u l-marda ta’ Creutzfeldt-Jakob.

Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru xorta waħda permezz tal-websajt uffiċjali ta’ Hospice Malta fuq: https://hospicemalta.org/supporting-hospice/donations/

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport