Sunday, May 5, 2024

Il-memorja ta’ Parnis se tibqa’ mfakkra bi ġnien iddedikat għalih f’Raħal Ġdid

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-memorja tal-Eks Segretarju Parlamentari Silvio Parnis se tibqa’ mfakkra fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid permezz ta’ ġnien iddedikat għalih li se jingħata l-isem “Ġnien Silvio Parnis”.

Dan tħabbar fl-aħħar sigħat mill-kunsill lokali ta’ Raħal Ġdid stess fejn f’messaġġ fuq il-midja soċjali ngħad li kien hemm qbil bejn il-membri tal-Kunsill sabiex il-ġnien li jinsab fi Triq San Alwiġi jissemma għal Parnis.

Ta’ min ifakkar li Parnis, illi miet fit-3 ta’ Jannar li għadda fl-età ta’ 57 sena wara battalja mal-marda kiefra tal-kanċer, kien l-ewwel Sindku ta’ din il-lokalità.

Parnis ingħata l-aħħar tislima fis-6 ta’ dan ix-xahar b’quddiesa presente cadavare fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-lokalità assoċjata mal-ħidma tiegħu biswit in-nies.

Sport