Wednesday, April 24, 2024

Sean Dyche mistenni jinħatar il-coach il-ġdid ta’ Everton

Aqra wkoll

Sean Dyche mistenni jinħatar il-coach il-ġdid ta’ Everton wara li keċċew lil Frank Lampard. 

Dyche u l-eks manager ta’ Leeds United, Marcelo Bielsa, kienu ż-żewġ kandidati ewlenin għal din il-ħatra wara li kellhom taħditiet mal-ġerarkija ta’ Everton.

Fil-bidu kien mifhum li Bielsa kien l-għażla favorita tas-sid Farhad Moshiri iżda l-eks boss ta’ Burnley issa jinsab fil-pole position.

It-Toffees iridu lill-manager il-ġdid fil-kariga tiegħu qabel tmiem il-ġimgħa.

Bielsa, ta’ 67 sena, esprima riservi tiegħu dwar li jieħu f’idejh it-team f’nofs l-istaġun u jekk l-iskwadra tkunx taqbel mal-istil ta’ intensità għolja u fiżikament esiġenti tiegħu.

Kien hemm dubji wkoll dwar il-pakkett għali li kien jeħtieġ il-ħatra tiegħu.

It-taħditiet ma ġabu l-ebda konklużjoni, u b’hekk Dyche tħalla l-kandidat ewlieni li jinħatar coach fejn diġá ntlaħaq ftehim fuq ħafna affarjiet bejn iż-żewġ partijiet. 

Everton se jkunu fl-azzjoni fl-4 ta’ Frar, meta jilqgħu lill-leaders tal-Premier League, Arsenal, f’Goodison Park.

Sport