Wednesday, April 24, 2024

Il-Messiku eliminati minkejja li għelbu lill-Arabja Sawdita

Aqra wkoll

Arabja Sawdija….. 1

Messiku……………. 2

Minkejja li l-Messiku għelbu lill-Arabja Sawdija 2-1 huma sfaw eliminati għax għalkemm kisbu l-istess ammont ta’ punti daqs il-Polonja huma kellhom differenza ta’ goals inferjuri.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima l-Messikani fetħu l-iskor meta minn az­zjoni ta’ corner, Henry Martin xeħet il-ballun fix-xibka.

Fit-52 minuta huma rduppjaw bi ġmiel ta’ free-kick mogħti minn Luis Chavez minn 35 metru bogħod.

Fil-95 minuta, is-Sawdi naqqsu l-marġni tal-iskor minn Salem Al Dawsari.

Arabja Sawdija: Mohammed Al Owais, Abdulelah Al Amri, Ali Al Bulaihi (Riad Sharahili 37),  Hassan Al Tam­bakti, Firas Al-Buraikan, Sultan Al Gha­nam, (Hattan Bahebri 88), Saud Abdulhamid, Mohamed Kanno, Ali Al Hassan (Abdullah Madu 46), Saleh Al Shehri (Abdulrahman Al Aboud 62), Salem Al Daw­sari – Coach: Herve Renard

Messiku: Guillermo Ochoa, Jesus Gallardo, Hector Moreno, Cesar Montes, Jorge Sanchez (Kevin Alvarez 86), Luis Chavez, Edson Alvarez (Rogelio Funes Mori 87), Alexis Vega (Uriel Antuna 46), Orbelin Pineda (Carlos Rodriguez 77), Hirving Lozano, Henry Martin (Raul Jimenez 77) – Coach: Gerardo Martino      

Referee:  Michael Oliver (Ingilterra)

Assistenti: Stuart Burt, Simon Bennett (Ingilterra)

Ammoniti: S. Al Shehri, A. Al Hassan, H. Al Tambakti, A. Madu (AS); E. Alvarez (M)

Sport