Friday, April 19, 2024

Il-Ministru Bartolo jibgħat apoloġija lid-Deputata Rebekah Borg b’imejl

Aqra wkoll

Waqt is-seduta Parlamentari tal-lejla, id-Deputata Nazzjonalista Rebekah Borg għamlet referenza għall-kummenti li saru fil-konfront tagħha mill-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Id-Deputata Borg qalet li l-Ministru kien bagħat email b’apoloġija u hi aċċettata. Hi qalet li mhux biss il-kummenti ma kinux xierqa fil-konfront tagħha, iżda aktar u aktar għax dawn saru fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Waqt li kienet qed titkellem dwar din il-kwistjoni, Borg qalet li tixtieq li din l-apoloġija ssir ukoll fil-Parlament biex tkun irreġistrata, u “minn hawn nimxu ‘l quddiem u nispera li kummenti bħal dawn personali ma jsirux fil-konfront tal-ebda deputat li fl-aħħar mill-aħħar qiegħdin hawn biex nagħmlu xogħolna.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru Bartolo qal li ma kellu l-ebda problema li jerġa’ jagħmel apoloġija għal dak li seħħ.

Is-Sedja qalet li kienet qiegħda tapprezza dan l-attaġġjament fil-konfront ta’ dak li ġara.

Sport