Thursday, June 13, 2024

Il-Ministru tad-Difiża Spanjola tiddeskrivi dak li qed jiġri f’Gaza bħala ġenoċidju reali

Aqra wkoll

Il-Ministru tad-Difiża ta’ Spanja Margarita Robles ddiskrevet s-sitwazzjoni li hemm bħalissa bħala ġenoċidju reali. Dan qalitu nhar is-Sibt li għadda waqt iċ-ċelebrazzjoni għall-Jum tal-Forzi Armati fi Spanja stess.

Il-Ministru Robles qalet li Spanja tappoġġja kwistjonijiet globali differenti u żiedet li huwa għalhekk li ma jistgħux jinjoraw dak li qiegħed jiġri f’Gaza. Qalet ukoll li aktar minn 35,000 persuna mietu fl-offensiva ta’ Iżrael f’Gaza.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Spanja, flimkien man-Norveġja u l-Irlanda, ħabbret il-pjanijiet tagħha, li se tkun qegħda tirrikonoxxi formalment l-stat Palestinjan mit-28 ta’ Mejju li ġej.

Huwa mifhum li b’reazzjon għal dan kollu, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Iżrael qed jikkunsidra aktar passi diplomatiċi kontra n-Norveġja, l-Irlanda u Spanja.

Separatament, din il-ġimgħa l-Qorti Kriminali Internazzjonali ħabbret li kienet qed tfittex mandati ta’ arrest għall-mexxej tal-Ħamas f’Gaza Yahya Sinwar u l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu fuq akkużi ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport