Thursday, June 13, 2024

“Strieħ fis-sliem Joseph u għinni nkompli nrabbi lit-teżor tagħna Francesco”

Aqra wkoll

“Strieħ fis-sliem Joseph u għinni nkompli nrabbi lit-tezor tagħna Francesco minn hemm fuq, flimkien m’ommi u ma’ missieri u taħt il-barka tal-Mulej u l-ħarsa Mmakulata t’ Ommna Marija. INHOBBUK xxxxxx”

Dan iddkjaratu Lorraine Aquilina, il-mara ta’ Joseph Grech, il-vittma li tilef ħajtu traġikament is-Sibt filgħaxija wara li ntlaqat minn ambulanza  fil-limiti ta’ l-Isptar Mater Dei, fl-Imsida.

Fl-istess messaġġ, hija rringrazzjat lil familja, lil ħbieb u lill-kollegi tal-ITU u ta’ Mater Dei tas-solidarjeta’ li qed juru magħha, ma’ binha Francesco u mal-famlja kollha. Hija rringrazzjathom tat-talb u tal-inkoraġġiment f’dan il-mument diffiċli.

Żiedet tgħid; Ħsibijieti jmorru wkoll għall-kollega li kienet miegħu. Nixtiqilha fejqan u kuraġġ. Ma nistax ma’ nsemmix il-karattru ferrieħi, impulsiv u storbjuż ta’ Joseph, imma fuq kollox infakkar l-imħabba u d-devozzjoni kbira li kellu lejn Ommna Marija Immakulata u Sidna Gesu’ Kristu”.

Temmet tgħid li l-ġurnata tal-lbieraħ Ifissret li f’hakka t’għajn kellha ċċedih minn din iid-dinja biex imur jinghaqadma’ missieru u ommu, li tant kien iħobb.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport