Monday, June 17, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn ambulanza fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Rumena ta’ 54 sena resident San Pawl il-Baħar qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ filgħaxija kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ l-Isptar Mater Dei, l-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 48 sena residenti Bormla u Rumena ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar kienu ntlaqtu minn Fiat Ducato li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, fejn sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat li tilef ħajtu fuq il-post filwaqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura medika.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonniċi LL.D li ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport