Tuesday, December 24, 2024

Il-Ministru tal-Finanzi jassigura li mhux se jkun hemm piż fil-VAT u lanqas fl-income tax

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Mhu se nżidu l-ebda piż ta’ VAT, ma aħniex se nżidu l-income tax, anzi qed ngħidu li rridu naraw inizjattivi fil-manifest elettorali tagħna. Iġifieri min forsi kien qed jogħrok idejh, illi jgħid illi din il-mossa se titfa lil Gvern “in a hard rock place”, jiddispjaċini imma naħseb se jkollu jaqta’ l-għatx bil-perżut”

Iddikjara dan il-Ministru tal-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana fil-Parlament. Beda biex qal li l-Gvern qed jara illi fiż-żmien illi ġej, bit-tkabbir illi għandu u bid-deficit li se jkun nieżel, id-dejn ta’ dan il-pajjiż bħala persentaġġ tal-prodott domestiku se jibqa jilgħab fil-50%.

Il-Ministru Caruana irrimarka li bejn 12 u 13 -il sena ilu, minkejja li ma kienx hemm pandemija u splużjoni fil-prezzijiet tal-enerġija, il-persentaġġ tad-dejn tal-pajjiż bħala proporzjon kien ta’ 69%.

Qal ukoll; ” Illum għandna 20% inqas piż tad-dejn fuq l-ekonomija. Meta niddiskuti mal-Kummissjoni Ewropea, nassigurak illi ma għandi l-ebda forma ta’ pressjoni, l-ebda forma ta’ inkwiet, għaliex illum kiekku ma niġix hawn u ngħid li nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet fil-Budget illi jmiss”

Ekonomija

Sport