Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Glenn Bedingfield ħabbar li l-multa għal dawk li jinqabdu jpejpu l-kannabis f’postijiet pubbliċi se tiġi inkluża fil-multi li jingħataw fuq il-post, dawk magħrufa bħala l-on-the-spot fines, għal persuni li ma jgħixux f’pajjiżna.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Bedingfield, saħaq li t-tipjip tal-kannabis f’postijiet pubbliċi huwa illegali u qed idejjaq lil ħafna nies.
Spjega li minn Jannar sa Settembru li għadda kien hemm 42 persuna li nqabdu jpejpu l-kannabis f’postijiet pubbliċi.
Qal li hemm bżonn aktar infurzar biex din il-prattika illegali tkun indirizzata b’mod aktar effettiv.
