Jitfakkar l-14-il sena anniversarju mill-mewta traġika ta’ Fr Renè Cilia

Aqra wkoll

Bosta kienet dawk li fakkru l-14-il sena mill-mewt traġika ta’ Fr Renè Cilia li kien tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku hekk kif kien qiegħed isuq biex imur iqaddes il-quddiesa tas-7.00am.

Fr Cilia miet mal-impatt meta tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu fit-Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun, fl-4 ta’ Novembru għall-ħabta tas-6.30am.

Huwa kien fi triqtu mid-dar tiegħu fil-Qormi lejn iż-Żejtun, fejn dan l-aħħar kien inħatar bħala viċi arċipriet.

Il-pulizija kienet qalet li l-inċident seħħ meta l-karozza li fiha kien hemm Fr Cilia telgħet fuq central stip, għaddiet għall-karreġġjata opposta u ħabtet ma’ żewġ karozzi li kienu ġejjin mid-direzzjoni l-oħra.

Ix-xufier ta’ waħda mill-karozzi lkien sofra ġrieħi gravi, iżda ma kienx f’qagħda kritika, filwaqt li l-passiġġier li kien miegħu sofra ġrieħi ħfief.

Ix-xufier tal-karozza l-oħra ma kien sofra l-ebda ġrieħi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport