Tuesday, May 14, 2024

Il-Papa Franġisku jħeġġiġna biex ma nippuntawx subgħajna u noffru tama lil min hu assenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-Omelija tiegħu fil-quddiesa mqaddsa mill-Papa fuq il-Fosos tal-Floriana, il-Papa għamel referenza għall-episodju tal-mara adultera li Ġesù ħafrilha dnubietha anki jekk kien hemm min ikkundannaha u kien idu lesta biex iħaġġarha.

“L-adultera kienet qalbha maqtugħa, iżda Ġesù tagħha opportunità ta’ ħajja ġdida, għax Alla qatt ma jieqaf jaħfer”, jgħid il-Papa Franġisku. Il-Papa saħaq dwar il-maħfra ta’ Alla u l-fatt li quddiem it-talbiet tal-maħfra li ma jiqfu qatt, Alla dejjem hemm biex joffri bidu ġdid lil min jagħżel li jersaq lejh.

Il-Papa hawn semma li f’Malta hawn poplu li jħaddan fidi konkreta u ta’ dan waqaf biex jirringrazzja lill-poplu kollu. Il-Papa appella għall-imħabba u li bħala poplu nagħrfu nġibu ruħna kif għamel Ġesù mal-mara midinba. Huwa spjega li l-missjoni tagħna bħala Nsara għandha tkun dik li nfittxu lil dawk li għal xi raġuni jinsabu assenti biex inkunu nistgħu ngħinuhom isibu t-triq. Papa Franġisku spjega li ma m’għandniex nippuntaw subgħajna lejn dawk li huma assenti, iżda minflok għandna nibdew nagħtu widen u npoġġu fl-ewwel post lil dawk li huma meqjusa tal-aħħar, kif għamel Ġesù fuq din l-art.

Filwaqt li għamel referenza għall-Fariżej u l-mod ta’ kif b’ċertu sens ta’ kobor ħasbu li kienu se jpoġġu lil Ġesù f’diffikultà, il-Papa fakkar kif Ġesù ħareġ mill-għoqda li pruvaw ikebbuh fiha bis-sempliċi frażi ta’ “Min mhux ħati jwaddab l-ewwel ġebla”. Jgħidilna li hawnhekk Ġesù ħasad lil dawk kollha preżenti, inkluż l-adultera li ħasbet li kienet waslet fix-xifer. Minflok Ġesù jagħtiha l-opportunità ta’ bidu ġdid meta jgħidilha ħadd mill-folla ma’ refa’ jdejh, u lanqas hu mhu se jagħmel dan. Minflok jistedina biex ma tibqax assenti u tara li ma tibqax tidneb.

Sport