Friday, May 3, 2024

Żjara sorpriża minn Papa Franġisku fejn hemm midfun San Ġorġ Preca

Aqra wkoll

Minkejja li ma kinitx fil-programm, jidher li l-Papa Franġisku wera x-xewqa li jżur il-post fejn hem midfun San Ġorg Preca.

Fil-fatt il-Papa kien skedat li jitla’ fuq il-Popemobile fi Blata l-Bajda wara li niżel mir-Rabat. Huwa waqaf quddiem il-monument ta’ Anton Buttigieg u kien hawn li wara diskursata qasira mal-Arċisqof Charles J.Scicluna, il-Papa ddeċieda li jimxiha sal-knisja tal-Blata l-Bajda u hemmhekk għamel mument qasir ta’ talb fil-preżenza tas-Soċji tal-MUSEUM.

Sport