Saturday, December 21, 2024

Il-Papa jgħid li persuni li jagħżlu annimali domestiċi minflok l-ulied huma egoisti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku ssuġġerixxa li dawk il-persuni li jagħżlu li jagħtu prijorità lill-annimali fid-dar bħala pets fuq l-ulied ikunu qegħdin jaħsbu b’mod egoist.

Il-kumment tiegħu ħareġ waqt diskussjoni dwar il-ġenituri li saret fil-Vatikan f’Ruma. Huwa qal li “Illum naraw din il-forma ta’ egoiżmu fejn għandna adulti li ma jridux tfal”.

Franġisku żied jgħid li għandna ħafna familji b’wild wieħed u daqshekk, iżda b’numru ta’ klieb u qtates li jieħdu post l-ulied. Għamilha ċara li għalkemm tinstema’ bħala xi ħaġa tad-daħk hija realtà fis-soċjetà moderna.

Huwa fakkar li dawk li jagħżlu din il-ħajja jkunu qegħdin jiċħdu r-responsabbilitajiet ta’ missirijiet jew ommijiet u dan kollu jċekkinna u jbiegħdna mill-umanità.

Il-Papa tkellem ukoll dwar dawk li jkollhom problemi biex ikollhom l-ulied bijoloġiċi tagħhom u ħeġġiġhom biex imorru għall-adozzjoni u appellalhom biex “ma jibżgħux” jidħlu għal din ir-responsabbilità.

Din mhijiex l-ewwel darba li l-Papa Franġisku tkellem dwar dan il-ħsieb. Lura fl-2014 huwa ddeskriva l-fatt li persuni jagħżlu pets fuq it-tfal bħala degradazzjoni kulturali u li ħafna qegħdin jagħżlu li jieħdu dan l-irwol li huwa ħafna aktar faċli minn dak ta’ familja kumplessa li tinkludi ġenituri u l-ulied.

Ekonomija

Sport