Saturday, November 16, 2024

Il-Parlament tal-Korea t’Isfel jipprojbixxi l-bejgħ ta’ laħam tal-klieb

Aqra wkoll

Il-Parlament fil-Korea t’Isfel approva liġi li tipprojbixxi li l-qtil tal-klieb u l-bejgħ ta’ laħamhom għal skop ta’ ikel sal-2027. L-istess liġi tgħid li dawk kollha li jinqabdu u jinstabu ħatja li kisru l-liġi jistgħu jintbagħtu l-ħabs.

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida se tidħol fis-seħħ fi żmien tliet snin. Din tagħti lill-bdiewa u lis-sidien tar-ristoranti ħin biżżejjed biex isibu sorsi alternattivi ta’ impjieg u dħul. Huma se jkollhom jissottomettu pjan dwar kif se jagħlqu n-negozji tagħhom.

Il-Gvern Korean wiegħed li se jkun qiegħed jappoġġa bis-sħiħ lill-bdiewa tal-laħam tal-klieb, lill-biċċiera, lis-sidien tar-ristoranti u lin-negozjanti. Sa issa minkejja li ma tħabbru ebda dettalji, il-gvern sostna li dawn se jiġu offruti kumpens. Skont statistika tal-gvern, fl-2023 il-Korea t’Isfel kellha madwar 1,600 restorant tal-laħam tal-klieb u 1,150 razzett tal-klieb. 

Id-direttur tas-Soċjetà għall-Umaniżmu, Jung Ah Chae qalet li kienet sorpriża li din il-projbizzjoni saret issa. Chae sostniet li din il-bidla waslet tard wisq. Sostniet ukoll li b’danakollu tinsab kuntenta li issa l-Korea ta’ sfel se tagħlaq kapitlu ikraħ bħal dan fl-istorja u li se tħaddan futur favur l-annimal kollha. 

Ekonomija

Sport