Wednesday, March 27, 2024

Il-Partit Laburista b’distakk ta’ 14.1% fuq il-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Robert Abela fdat 21.5% aktar minn Bernard Grech 

Stħarriġ ikkummissjonat minn IT-TORĊA juri li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ 14.1% fuq il-Partit Nazzjonalista. L-istudju xjentifiku, li sar mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà, juri li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada, il-Partit Laburista jikseb maġġoranza ta’ madwar 44,000 vot. 

L-istħarriġ juri li meta wieħed japplika l-Multiple Imputation Technique, il-Partit Laburista jikseb il-fiduċja ta’ 56.2% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista jikseb 42.1%. L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.7% tal-elettorat. 

L-istatistiku Dott. Marmarà spjega li permezz tal-Multiple Imputation Technique, wieħed ikun jista’ jsib sostituzzjoni xjentifika għal dawk li jirrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi. 

Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota? 

Meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ li sar bejn l-10 u l-15 ta’ Settembru jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 1.2% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta’ 1.6% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.4% għall-ADPD jew oħrajn.  

Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota? 

Dott. Marmarà jinnota li “ż-żieda fid-distakk favur il-Partit Laburista qed toħroġ minħabba li hemm shift żgħir favur il-Partit Laburista u hemm aktar partitarji tal-Partit Laburista li lesti jerġgħu joħorġu jivvutaw f’każ li ssir elezzjoni ġenerali għada.”

Votanti tal-Partit Laburista 2017: “Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota?”

Votanti tal-Partit Nazzjonalista 2017: “Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota?”

Ekonomija

Sport