Sunday, May 4, 2025

Il-Partit Laburista jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali fl-Awstralja

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista fl-Awstralja rebaħ l-elezzjoni ġenerali li saret nhar is-Sibt li għadda u b’hekk Anthony Albanese se jkun qiegħed jerġa’ jinħatar Prim Ministru.

F’din l-elezzjoni, il-Partit Laburista ġab maġġoranza ta’ 86 siġġijiet fil-Parlament.

Albanese fl-ewwel diskors tiegħu f’Sydney wara li reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali qal li l-poplu Awstraljan mill-ġdid għażel l-ottimiżmu fuq in-negattività. Sostna li hu jinsab ippreparat biex jaħdem u jaffaċċja l-isfidi globali.

Matul il-kampanja l-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza li jkun hemm politika aktar soċjali u fost l-oħrajn tkellem ukoll dwar aktar drittijiet tal-persuni LGBTIQ.

Min-naħa tiegħu Chris Dutton il-kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Konservattivi filwaqt li aċċetta t-telfa, sejjaħ dan ir-riżultat bħala wieħed diżappuntanti ħafna għal partit li jmexxi.

Intant id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Ian Borg, fuq il-midja soċjali awgura lill-Prim Ministru Anthony Albanese u l-Partit Laburista Awstraljan, filwaqt li qal li jħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjoni u ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport