Thursday, April 24, 2025

Il-Partit Laburista jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi tal-Papa Franġisku

Aqra wkoll

Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras, is-Segretarju Internazzjonali John Grech u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Catherine Fenech sellmu l-memorja tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku bl-iffirmar tal-ktieb tal-kondoljanzi li jinsab fin-Nunzjatura Appostolika għal Malta f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

Il-Papa Franġisku se jibqa’ mfakkar bħala l-Papa tan-nies, li ħadem fis-skiet mal-vulnerabbli u l-emarġinati, u kien il-vuċi tal-fqir u l-batut.  Fetaħ il-bibien tal-Knisja Kattolika biex tkun iktar inklussiva.  F’kull laqgħa, udjenza u f’kull pajjiż li żar kien jippromwovi d-djalogu, l-għaqda u l-paċi.

Il-memorja tiegħu se tibqa’ ħajja fost il-Maltin u l-Għawdxin biż-żjara li għamel f’April tal-2022 f’pajjiżna meta ngħata merbħa kbira f’kull post li żar fil-jumejn li dam f’Malta, b’mod speċjali fil-laqgħat li kellu man-nies fil-Belt Valletta, fuq il-Fosos tal-Floriana, fir-Rabat (Malta), fil-Laboratorju tal-Paċi, u f’Għawdex. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport