Wednesday, March 19, 2025

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona li se jibqa’ mfakkar għall-ħidma li wettaq bħala qassis, provinċjal tal-komunità Dumnikana u tul l-Episkopat tiegħu bħala Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta. 

Iddistingwa ruħu għall-umiltà, il-valuri soċjali u l-ħidma li wettaq fis-skiet fost dawk l-iktar vulnerabbli.  Kien bniedem tan-nies, kemm meta kien qassis f’diversi parroċċi, iżda wkoll meta kien ir-Ragħaj Spirtwali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi lill-qraba ta’ Monsinjur Cremona.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport