Il-Marsamxett Valletta Regatta Club (MXT) bi pjaċir iħabbar ir-ritorn ta’ Glynnis Mizzi u Shazel Grima fil-Kanal wara sena barra mill-kompetizzjoni.
Matul il-karriera tagħhom flimkien, Glynnis u Shazel bnew rekord ta’ suċċess fir-Regatta. L-istorja tagħhom mal-MXT tinkludi r-rebħa ta’ Marzu 2025 u l-ewwel Shield tan-Nisa fl-istorja tal-klabb — unur li jibqa’ mnaqqax fil-memorja tal-Marsamxett.
Issa jerġgħu lura mal-isfar u l-blu, lesti biex jiktbu kapitlu ieħor flimkien mat-tim. Il-klabb jilqagħhom lura b’entużjażmu u jħares ’il quddiem biex jerġa’ jarahom jikkompetu fil-Kanal.
Għall-isfar u l-blu. Għall-Belt.
