Jinqabdu 28 kilo droga … 8 persuni arrestati f’żewġ operazzjonijiet kontra t-traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Il-Pulizija Maltija kompliet tintensifika l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar taddroga permezz ta’ żewġ operazzjonijiet separati li saru fl-aħħar sigħat f’Malta u Għawdex. Dawn wasslu għall-arrest ta’ tmien persuni u s-sejba ta’ aktar minn 20 kilo sustanza suspettata eroina u aktar minn 8 kilo sustanza suspettata kokaina.

Fl-ewwel sejba, il-Pulizija kompliet issegwi informazzjoni marbuta ma’ investigazzjoni preċendenti fejn raġel ta’ 49 sena kien ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ sustanza suspetta eroina. Wara aktar investigazzjonijiet, irriżulta li l-istess persuna kienet tikri garaxx fiż-Żurrieq.

Għaldaqstant, ir-raġel reġa’ ġie arrestat u skortat lejn il-garaxx, fejn hemmhekk il-Pulizija sabet
pannelli tal-injam mwaħħla flimkien li fihom kien hemm mnaqqax kompartiment falz. Ipparkjajt fl-istess garaxx kien hemm vann bl-istess pannelli u fihom il-pulizija sabu madwar 7.7 kilogrammi droga suspettata kokaina u 20.7 kilogrammi droga suspettata eroina, flimkien ma’ materjal għall-ippakkjar, imwieżen elettroniċi u diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.

F’operazzjoni oħra li saret f’Għawdex, il-Pulizija wettqet sorveljanza fuq żewġ postijiet, filQala u r-Rabat, li allegatament kienu qed jintużaw għall-ħażna u t-traffikar tad-droga millistess grupp ta’ persuni.
Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija daħlet fil-postijiet u mir-residenza fil-Qala ġew arrestati tliet
persuni. Ftit tal-ħin wara waslu żewġ persuni oħra li wkoll ġew arrestati.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport