Wednesday, September 2, 2026
Home Sport Il-partitarji ta’ Man Utd mgħaddba minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ ta’ Joshua Zirkzee

Il-partitarji ta’ Man Utd mgħaddba minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ ta’ Joshua Zirkzee

0
47

Il-partitarji ta’ Manchester United jinsabu rrabjati wara li l-club irrifjuta offerta ta’ Everton għal Joshua Zirkzee. 

L-attakkant Olandiż, li ngħaqad ma’ United mingħand Bologna għal £36.5 miljun fl-2024, kien qed jissemma’ li kien se jitlaq minn Old Trafford minħabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet. 

Everton ippruvaw jiksbuh b’self wara li falla t-trasferiment ta’ Folarin Balogun. 

Huma kienu lesti jħallsu £10 miljun għall-perjodu ta’ self u jkopru s-salarju kollu tiegħu. 

Minkejja dan, Manchester United irrifjutaw l-offerta u Zirkzee se jibqa’ mal-club tal-inqas sa Jannar. 

Id-deċiżjoni qanqlet rabja fost il-partitarji, li qalu li l-club tilef opportunità tajba biex jikseb flus minn player li ma tantx qed jilgħab.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here