Il-Partit Laburista jappoġġja bis-sħiħ u jassoċja mat-talba tal-familja Gouder biex tingħata kull informazzjoni li tista’ tgħin lill-Pulizija Eżekuttiva u l-Maġistrat Inkwirenti b’rabta mal-mewt traġika tal-eks Deputat Parlamentari Karl Gouder.
Dan qalu fi stqarrija, fejn tenna s-solidarjetà li wera mal-familja Gouder hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Karl u qal li jrid li l-fatti, is-sewwa u l-verità sħiħa joħorġu.
Karl Gouder kien deskkritt bħala politiku rispettat minn kulħadd, iddedikat lejn is-servizz li daħal għalih u lejn il-komunità u s-soċjetà Maltija. Huwa dejjem ħadem bla ma qatt weġġa’ lil ħadd.
Dan hu mument fejn il-maturità trid tipprevali daqs l-għaqda nazzjonali. Il-Partit Laburista reġa’ sellem il-memorja ta’ Karl Gouder.