Sunday, November 24, 2024

Il-PL jirbaħ l-elezzjonijiet tal-KL b’maggoranza ta’ 20,252 vot

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b’maggoranza ta’ 20,252 vot. Dak hemm kif Il-PL ġab maġġoranza ta’ 52.1%

Il-Prim Ministru Robert Abela qalli “Illum għandna stampa kompluta tal-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u f’Għawdex. Messaġġ nazzjonali. Il-poplu Malti u Għawdxi reġa’ għażel lill-Partit Laburista b’maġġoranza ta’ 20,252 u maġġoranza assoluta ta’ 52.1%.”

Hu kompla jgħid li “kull lokalità fiha storja. Kull lokalità toffrilna l-opportunità li nisimgħu l-messaġġi li qed jibagħtilna l-poplu. Minkejja dan ir-riżultat b’saħħtu, kif għedt il-Ħadd li għadda, il-Partit Laburista se jibqa’ viċin in-nies, jisma’ l-messaġġi li qed tgħaddulna.”

“Fhimna li l-poplu jrid lill-Partit Laburista iżda nifhmu wkoll li jrid Partit Laburista mġedded,” temm jgħid il-Prim Ministru Abela.

Sport