Thursday, May 16, 2024

Il-players nisa Spanjoli jibqgħu bil-bojkott għat-team nazzjonali

Aqra wkoll

Il-players nisa baqgħu bil-bojkott tat-team nazzjonali minkejja li saret is-sejħa għal-logħba kontra l-Iżvezja valida mill-UEFA Nations League.

Jenni Hermoso ma ġietx inkluża fl-ewwel skwadra ta’ Spanja minn meta rebħu t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, iżda 15-il membru ta’ dak it-team trijonfanti ġew imsemmija.

Numru kbir ta’ players ibbojkottjaw lit-team wara li dak iż-żmien il-kap tal-Federazzjoni Spanjola tal-Football, Luis Rubiales, bies lill-attakkanta Hermoso wara l-finali tax-xahar li għadda fl-Awstralja.

Din il-kwistjoni, li baqgħet tkarkar għal xi ġimgħa,  wasslet biex Rubiales kellu jirriżenja.

Nhar il-Ġimgħa, 39 player – inklużi 21 mit-23 rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja – qalu li l-istrajk tagħhom se jkompli sakemm isiru aktar bidliet.

Din kienet l-ewwel tħabbira tal-iskwadra mill-coach il-ġdida, Montse Tome, li ħadet post Jorge Vilda – meqjus bħala alleat mill-qrib ta’ Rubiales – wara li tkeċċa aktar kmieni dan ix-xahar.

Sport