Monday, September 30, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Ilbieraħ, mara ta’ 35 sena għall-ħabta 4.15pm, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 42 sena u Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 42 sena. Fuq il-mutur kien hemm ukoll il-mara ta’ 35 sena. Huma kollha residenti Birżebbuġa.

Il-mara ta’ 35 sena ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport