Il-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese talab apoloġija għal kummenti li għadda dwar il-kantanta u attriċi Kylie Minogue waqt intervista fuq podcast il-ġimgħa li għaddiet.
Huwa kien ħa sehem waqt il-podcast Bush Deep ippreżentat minn Nikki Osborne, fejn kien mistoqsi ma’ min jippreferi joħroġ, ikollu x’jaqsam jew jiżżewweġ bejn Kylie Minogue, l-attriċi Nicole Kidman jew l-artista Rhonda Burchmore.
Wara li għall-ewwel ipprova jevita l-mistoqsija, Albanese wieġeb “ara, Kylie, ovvjament.”
Ir-risposta tiegħu qanqlet kundanna kbira, b’Membru Parlamentari jsejjaħ il-kummenti tiegħu “għalkollox mhux xierqa” filwaqt li ieħor qal li kienu “ta’ nuqqas ta’ rispett lejn in-nisa u jnaqqsu mid-dinjità tal-kariga ta’ Prim Ministru”.
Fi stqarrija ppubblikata kmieni t-Tnejn filgħodu, il-Prim Ministru qal: “Nitlob skuża għall-kummenti”. Ir-rimarki tiegħu saru waqt intervista li saret fir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru f’Canberra.

