Monday, May 13, 2024

Il-PM Indjan jitfa’ l-vot tiegħu fit-tielet fażi tal-elezzjoni fil-pajjiż

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi vvota lbieraħ waqt it-tielet fażi tal-elezzjoni ġenerali li qed issir fl-Indja. Filwaqt li sejjaħ għal parteċipazzjoni qawwija f’dawn l-elezzjonijiet, huwa wissa dwar is-sħana qawwija li se jesperjenzaw fil-ġimgħat li ġejjin.

Dan l-aktar nazzjon popolat fid-dinja beda jivvota fid-19 t’April li għadda f’elezzjoni li hija maqsuma f’seba’ fażijiet li fiha kważi biljun persuna huma eleġibbli biex jivvotaw. Il-voti se jingħaddu fl-4 ta’ Ġunju.

Modi qed ifittex li jikseb it-tielet terminu konsekuttiv f’votazzzjoni li qiegħda tpoġġi lill-partit tiegħu Bharatiya Janata kontra alleanza ta’ aktar minn żewġ tużżani partiti tal-oppożizzjoni. Minn stħarriġ riċenti li sar, jidher li huwa se jerbaħ l-elezzjoni “b’maġġoranza komda”.

“Inħeġġeġ liċ-ċittadini kollha biex jivvutaw u jiċċelebraw il-festa tad-demokrazija. Lil dawk kollha li qed jaħdmu fis-sħana, inħeġġiġkom tieħdu ħsieb saħħitkom u tixorbu ilma adegwat,” qal Modi ftit wara li vvota fl-istat ta’ Gujarat.

Huwa kien imdawwar b’mijiet ta’ partitarji u membri tal-partit, fejn iffirma u qagħad jitkellem man-nies li kienu fi triqthom biex jivvutaw.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport