Wednesday, July 24, 2024

Il-PM Ingliż iħabbar li l-elezzjoni ġenerali se ssir fl-4 ta’ Lulju

Aqra wkoll

Wara sigħat ta’ spekulazzjoni, illejlail-Prim Ministru Ingliż, Rishi Sunak għadu kif ikkonferma li fi ftit ġimgħat se ssir elezzjoni ġenerali, propju fl-4 ta’ Lulju.

Wara li ddiskuta l-pandemija tal-Covid, u l-gwerra fl-Ukrajna, huwa staqsa li l-mistoqsija ta’ il-poplu lil min se jafda. Sunak qal ukoll li jinsab kburi immens b’dak li kiseb il-gvern tiegħu, inkluż dwar l-infiq u l-edukazzjoni tal-NHS.

B’reazzjoni għal dan, il-Kanċilliera Rachel Reeves qalet li tinsab ħerqana għal dak illi ġej fil-futur. Bi tweġiba għal dak li ħabbar Sunak, il-Mexxej tal-Oppożizjoni Keir Stramer qal li fl-aħħar dak li xtaq hu kien seħħ.

Filwaqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħsbu fih, Stramer qal li dan kollu jfisser li l-pajjiż jista’ jinbidel għall-aħjar, speċjalment fil-futur qarib.

Ekonomija

Sport