Wednesday, July 24, 2024

“Il-politika tal-ħdura hija dik ta’ min jiddikjara l-gwerer”- Il-PL b’referenza għall-PN

Aqra wkoll

“Min tafu ssaqsix għalih. Il-politika tal-ħdura hija dik ta’ min jiddikjara l-gwerer kontra pajjiżu u kontra niesu” . Dan ddikjarah il-Partit Laburista fi stqarrija, fejn apella għall-kalma.

Il-Partit qal ukoll li ħadd ma’ għandu jaqa’ għall-provokazzjoni quddiem dawn it-tip ta’ dikjarazzjonijiet u aġir ieħor provokattiv. Spejga li l-aħħar arma li fadallu l-PN hija dik tal-provokazzjoni.

Il-PL qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista għamel inkjesta maġisterjali l-manifest tiegħu, għalhekk moħħu fid-data tat-28 ta’ Mejju u li dan sa issa għad ma għandux kampanja elettorali.

Il-messaġġ intemm hekk; “Il-Partit Laburista minflok huwa ffokat fuq it-tmienja ta’ Ġunju, il-jum li fih il-poplu Għawdxi u Malta jrid jagħżel x’futur irid”

Ekonomija

Sport